22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/34


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2015 – CRM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-43/15 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta - ‘piadina romagnola/piada romagnola’ - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2015/C 205/45)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CRM Srl (Modena, l-Italja) (rappreżentanti: G. Forte, C. Marinuzzi u A. Franchi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u J. Guillem Carrau, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1174/2014, tal-24 ta’ Ottubru 2014, li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Piadina Romagnola/Piada Romagnola (IĠP)] (ĠU L 316, p. 3).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.