16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – SeNaPro vs EUIPO – Paltentaler Splitt & Marmorwerke (Dolokorn)

(Kawża T-769/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Dolokorn - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti DOLOPUR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 014/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SeNaPro GmbH (Pommelsbrunn, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Schröder, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Strittmatter u A. Folliard–Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Paltentaler Splitt & Marmorwerke GmbH (Rottenmann, l-Awstrija) (rappreżentant: O. Ofner, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Apell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2643/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Paltentaler Splitt & Marmorwerke u SeNaPro.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

SeNaPro GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016.