18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – Labeyrie vs EUIPO – Delpeyrat (Rappreżentazzjoni ta’ xitla ta’ ħut ċar fuq sfond skur)

(Kawża T-767/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta xitla ta’ ħut ċar fuq sfond skur - Dikjarazzjoni ta’ revoka - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux in-natura distintiva”])

(2017/C 121/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Labeyrie (Saint-Geours-de-Maremne, Franza) (rappreżentant: A. Lecomte, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Delpeyrat (Saint-Pierre-du-Mont, Franza) (rappreżentant: J. Ennochi, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2694/2014-1), dwar proċedura ta’ revoka bejn Delpeyrat u Labeyrie.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Labeyrie hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-EUIPO.

3)

Delpeyrat għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016