|
30.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 369/9 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2017 – Contact Software vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-751/15) (1)
((“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Swieq tas-softwer ta’ disinn assistit bil-kompjuter u tal-informazzjoni fuq l-interfaces għal dan is-softwer - Deċiżjoni ta’ ċħid ta’ lment - Suq rilevanti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni”))
(2017/C 369/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Contact Software GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-M. Schultze, S. Pautke u C. Ehlenz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Vollrath, I. Zaloguin u L. Wildpanner, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Dassault systèmes (Vélizy-Villacoublay, Franza) (rappreżentanti: R. Snelders, avukat, u J. Messent, barrister)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7006 finali, tad-9 ta’ Ottubru 2015, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti relattiv għall-ksur tal-Artikolu 102 TFUE allegatament imwettaq minn Dassault systèmes u Parametric Technology Corp. f’ċerti swieq ta’ softwer ta’ disinn assistit bil-kompjuter kif ukoll f’ċerti swieq tal-informazzjoni fuq l-interfaces għal dan is-softwer (Każ COMP/39846 – Contact vs Dassault & Parametric).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Contact Software GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
Dassault systèmes għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |