15.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2017 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-733/15) (1)

((“Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Pagamenti ta’ penalità - Deċiżjoni ta’ likwidazzjoni tal-pagamenti ta’ penalità - Tħassir tal-miżura nazzjonali kontenzjuża - Data tal-waqfien tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu”))

(2017/C 151/43)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u M. Figueiredo, aġenti, assistiti minn L. Silva Morais, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Nicolae u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2015)4178538, tat-8 ta’ Ottobru 2015, li titlob lir-Repubblika Portugiża l-pagament tas-somma ta’ EUR 580 000, li tikkorrispondi mal-pagamenti ta’ penalità likwidati, għall-perijodu mill-25 ta’ Ġunju sal-21 ta’ Awwissu 2014, bħala eżekuzzjoni tas-sentenza tal-25 ta’ Ġunju 2014, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-76/13, mhux ippubblikata, EU:C:2014:2029).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.