9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2018 – Klyuyev vs Il-Kunsill

(Kawża T-731/15) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li fil-konfront tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista - Obbligu ta’ motivazzjoni - Bażi legali - Bażi fattwali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għall-proprjetà - Dritt għar-reputazzjoni - Proporzjonalità - Protezzjoni tad-drittijiet fundamentali ekwivalenti għal dik iggarantita fl-Unjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità”))

(2018/C 123/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sergiy Klyuyev (Donetsk, l-Ukrajna) (rappreżentanti: R. Gherson, T. Garner, solicitors, B. Kennelly, QC, u J. Pobjoy, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: Á. de Elera-San Miguel Hurtado u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE għal annulament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1781 tal-Kunsill tal-5 ta’ Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2015, L 259, p. 23) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/1777 tal-Kunsill tal-5 ta’ Ottubru 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 259, p. 3), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318/PESK tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 76), u tar-regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2016/311 tal-Kunsill tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 1), u t-tielet nett, id-Deċiżjoni (PESK) 2017/381 tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 34) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/374 tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrenti kien inżamm fil-lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi minħabba s-sitwazzjoni fl-Ukraina u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u ta’ ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina huma annullati, peress li l-isem tas- Sergiy Klyuyev kien inżamm fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

2)

L-effetti tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2017/381 u l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2017/374 qed jinżammu fir-rigward ta’ S. Klyuyev sakemm jiskadi t-terminu tal-appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk appell ikun ippreżentat f’dak il-perijodu, sakemm l-appell jiġi miċħud.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

S. Klyuyev huwa kkundannat iħallas, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tat-talbiet għal annullament magħmula fir-rikors u fl-ewwel nota ta’ adattament.

5)

Il-Kunsill huwa kkundannat iħallas, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż sostnuti minn S. Klyuyev fir-rigward tat-talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni 2017/381 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2017/374, imressqa fit-tieni nota ta’ adattament.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.