18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2017 – DI vs EASO

(Kawża T-730/15 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-EASO - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien determinat - Perijodu ta’ prova - Deċiżjoni ta’ tkeċċija - Rikors għal annullament u għad-danni - Ċaħda tar-rikors għal inammissibbiltà manifesta fl-ewwel istanza - Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment - Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal”))

(2017/C 121/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: DI (rappreżentanti: I. Vlaic u G. Iliescu, avukati)

Appellat: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) (rappreżentanti: W. Stevens, aġent, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015, DI vs EASO (F-113/13, EU:F:2015:120), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015, DI vs EASO (F-113/13), huwa annullat.

2)

Il-kawża hija rrinvjata lil Awla tal-Qorti Ġenerali li ma tkunx dik li ddeċidiet dwar dan l-appell.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016.