|
5.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – Crédit mutuel Arkéa vs BĊE
(Kawża T-712/15) (1)
([“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu - Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Superviżjoni prudenzjali fuq bażi kkonsolidata - Grupp taħt superviżjoni prudenzjali - Stabbilimenti affiljati b’mod permanenti ma’ organu ċentrali - Artikolu 2(21)(c) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 - Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 - Rekwiżiti ta’ fondi proprji - Artikolu 16(1)(c) u (2)(a) tar-Regolament Nru 1024/2013”])
(2018/C 042/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Crédit mutuel Arkéa (Le Relecq Kerhuon, Franza) (rappreżentanti: H. Savoie u P. Mele, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: K. Lackhoff, R. Bax u C. Olivier, aġenti, assistiti minn D. Martin, M. Pittie u M. Françon, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u K.-P. Wojcik, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-BĊE ECB/SSM/2015 – 9695000CG 7B84NLR5984/28 tal-5 ta’ Ottubru 2015 li tistabbilixxi r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-grupp Crédit mutuel.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Crédit mutuel Arkéa għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |