13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Otturbu 2017 – BMB vs EUIPO – Ferrero (Kontenitur għall-ħelu)

(Kawża T-695/15) (1)

((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Dissinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kontenitur għall-ħelu - Trade mark internazzjonali tridimensjonali preċedenti - Forma ta’ kontenitur standard li jista’ jimtela bil-ħelu - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali - Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikolu 62 u Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002”))

(2017/C 382/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BMB sp. z o.o. (Grójec, il-Polonja) (rappreżentant: K. Czubkowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ferrero SpA (Alba, l-Italja) (rappreżentant: M. Kefferpütz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Settembru 2015 (Każ R 1150/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ferrero u BMB.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BMB sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 01.02.2016.