|
23.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – HTTS vs Il-Kunsill
(Kawża T-692/15 RENV) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Preskrizzjoni - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)
(2021/C 338/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schlingmann, avukat)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u M. Bishop, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Tricot, C. Hödlmayr, J. Roberti di Sarsina u M. Kellerbauer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet wara l-inklużjoni ta’ isimha, minn naħa, mir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 tas-26 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2010, L 195, p. 25), fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-19 ta’ April 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2007, L 103, p. 1), u, min-naħa l-oħra, mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1), fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea relatati ma’ din il-proċedura kif ukoll mal-proċedura fil-Kawża T-692/15. |
|
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura fil-Kawża C-123/18 P. |
|
4) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess marbuta ma’ din il-proċedura, mal-proċedura fil-Kawża T-692/15, kif ukoll mal-proċedura fil-Kawża C-123/18 P. |