|
26.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 202/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2017 – Les Éclaires vs EUIPO – L’éclaireur International (L’ECLAIREUR)
(Kawża T-680/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali L’ECLAIREUR - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1), Artikolu 51(1)(a) u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 22(6) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Allegata diverġenza mal-Parti C, Taqsima 6, tal-linji gwida dwar l-eżami tal-EUIPO”])
(2017/C 202/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Les Éclaires GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Bund, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: L’éclaireur International (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M. Decker, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2266/2014-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Les Éclaires u L’éclaireur International.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Les Éclaires GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn L’éclaireur International quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |