7.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2017 – Tillotts Pharma vs EUIPO – Ferring (OCTASA)

(Kawża T-632/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea OCTASA - Trade marks verbali preċedenti Ġermaniżi u tal-Benelux PENTASA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 256/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tillotts Pharma AG (Rheinfelden, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ferring BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: D. Slopek, avukat, u I. Fowler, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2386/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferring u Tillotts Pharma.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tillotts Pharma AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.