|
15.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 13/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – Voigt vs Il-Parlament
(Kawża T-618/15) (1)
((“Membru tal-Parlament Ewropew - Rifjut li jkun disponibbli bini tal-Parlament - Ċittadini ta’ Stati terzi - Rifjut ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament - Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika - Diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità - Ammissibbiltà ta’ motiv - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-opinjonijiet politiċi”))
(2018/C 013/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Udo Voigt (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Richter, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, S. Seyr u M. Windisch, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Parlament, tad-9 ta’ Ġunju 2015 li tirrifjuta li tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-rikorrent sala sabiex fiha ssir konferenza stampa fis-16 ta’ Ġunju 2015 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Parlament tas-16 ta’ Ġunju 2015 li tirrifjuta l-aċċess għall-bini tiegħu lil ċittadini Russi,
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Udo Voigt huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu, dawk sosnuti mill-Parlament Ewropew, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |