7.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – Flamagas vs EUIPO – MatMind (CLIPPER)

(Kawża T-580/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ lajter bil-ġwienaħ laterali, li jinkludi l-element verbali CLIPPER - Forma neċessarja għall-kisba tar-riżultat tekniku - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ deskrizzjoni tat-trade mark fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni”))

(2017/C 256/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Flamagas, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, G. Hinarejos Mulliez u D. Gabarre Armengol, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MatMind Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipriani u M. Cavattoni, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2015 (Każ R 924/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn MatMind u Flamagas.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Flamagas, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.