29.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Monster Energy vs EUIPO – Mad Catz Interactive (Rappreżentazzjon ta’ kwadru iswed b’erba’ strixxi bojod)

(Kawża T-567/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta kwadru iswed b’erba’ strixxi bojod - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta tliet dwiefer ippożizzjonati vertikalment - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 314/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mad Catz Interactive (San Diego, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2368/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Monster Energy Company u Mad Catz Interactive.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.