|
30.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/45 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Guiral Broto vs EUIPO – Gastro & Soul (Café del Sol)
(Kawża T-548/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Café del Sol - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Café del Sol - Nuqqas ta’ produzzjon ta’ prova fil-lingwa tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni - Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Drittijiet tad-difiża”])
(2017/C 030/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. L. de Castro Hermida, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Gastro & Soul GmbH (Hildesheim, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-16 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2755/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn R. Guiral Broto u Gastro & Soul.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-16 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2755/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn R. Guiral Broto u Gastro & Soul hija annullata. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
L-EUIPO u R. Guiral Broto għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |