7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – LLR-G5 vs EUIPO – Glycan Finance (SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5)

(Kawża T-539/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5 - Trade marks nternazzjonali verbali preċedenti Silicium Organique G5- 5-Si-Glycan-5-Si-G5 u Silicium Organique G5 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 410/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LLR-G5 Ltd (Castlebar, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, H. Hartwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Glycan Finance Corp. Ltd (Sheffield, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 291/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Glycan Finance Corp. u LLR-G5.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

LLR-G5 hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.