20.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2017 – Kessel medintim vs EUIPO – Janssen-Cilag (Premeno)
(Kawża T-509/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Premeno - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti Pramino - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti - Dritt għal smigħ - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 086/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kessel medintim GmbH (Mörfelden-Walldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jacob u U. Staudenmaier, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Janssen Cilag GmbH (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wenz, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Lulju 2015 (Każ R 349/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Janssen-Cilag u Kessel medintim.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Kessel medintim GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |