15.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2017 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-501/15) (1)

((“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll - Tnaqqis u esklużjonijiet f’każ ta’ inosservanza tar-regoli tal-kundizzjonalità - Nuqqas ta’ osservanza minuri - Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 - Artikolu 71(3) tar-Regolemant (KE) Nru 1122/2009 - Oneru tal-prova - Interpretazzjoni tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009”))

(2017/C 151/40)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, B. Koopman u H. Stergiou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Kranenborg u D. Triantafyllou, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment C. Brodie, sussegwentement J. Kraehling u fl-aħħar J. Kraehling u G. Brown, aġenti)

Suġġett

talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 182, p. 39) sa fejn din tirrigwarda l-infiq magħmul mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 346, 19.10.2015.