31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2016 – Alsharghawi vs Il-Kunsill

(Kawża T-485/15) (1)

((“Politika barranijia u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni li huma suġġetti għal restrizzjonijiet inkonnessjoni mad-dħul u mal-passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea - Funzjonijiet ta’ ex kap tal-kabinet ta’ Mouammar Gaddafi - Għażla ta’ bażi legali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Preżinzjoni tal-innoċenza - Proporzjonalità - Libertà ta’ dħul u ħruġ - Dritt tal-proprjetà - Obbligu li tiġi ġġustifikata l-fondatezza tal-miżura”))

(2016/C 402/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bashir Saleh Bashir Alsharghawi (Johannesburg, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentant: É. Moutet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali, fl-ewwel lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, tal-31 ta’ Lulju 2015, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, p. 34), u, fit-tieni lok, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1323, tal-31 ta’ Lulju 2015, li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 206, p. 4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bashir Saleh Bashir Alsharghawi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.