23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2017 – AlzChem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-451/15) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ investigazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditjar - Obbligu li jsir eżami konkret u individwali - Interess pubbliku superjuri”])

(2017/C 357/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AlzChem (Trostberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Borsos u J. Guerrero Pérez, sussegwentement A. Borsos, J. Guerrero Pérez u I. Georgiopoulos, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, M. Konstantinidis u L. Armati, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Mejju 2015, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ investigazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

AlzChem AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.