24.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/38 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – Globo Comunicação e Participações vs EUIPO (trade mark awdjo)
(Kawża T-408/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark awdjo - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 392/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Globo Comunicação e Participações S/A (Rio de Janeiro, il-Brażil) (rappreżentanti: E. Gaspar u M.-E. De Moro-Giafferri, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-18 ta’ Mejju 2015 (Każ R 2945/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark awdjo bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Globo Comunicação e Participações S/A hija kkundannata għall-ispejjeż. |