7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Pinto Eliseu Baptista Lopes Canhoto vs EUIPO – University College London (CITRUS SATURDAY)

(Kawża T-400/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CITRUS SATURDAY - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CITRUS - Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 19 u Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”))

(2016/C 410/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ana Isabel Pinto Eliseu Baptista Lopes Canhoto (Algés, il-Portugall) (rappreżentant: A. Pita Negrão, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: University College London (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-29 ta’ April 2015 (Każ R 2109/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn A.I. Pinto Eliseu Baptista Lopes Canhoto u University College London.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

A.I. Pinto Eliseu Baptista Lopes Canhoto hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.