11.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 424/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – KPN vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-394/15) (1)
((“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq Olandiż tas-servizzi televiżivi u tas-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE - Impenji - Obbligu ta’ motivazzjoni - Suq inkwistjoni - Effetti vertikali - Stħarriġ ġudizzjarju”))
(2017/C 424/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: KPN BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. de Pree, C. van der Hoeven u G. Hakopian, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Malferrari, J. Szczodrowski, H. van Vliet u F. van Schaik, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7241 final, tal-10 ta’ Ottubru 2014, li tiddikkjara kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni li tikkonċerna l-akkwist minn Liberty Global plc tal-kontroll esklużiv ta’ Ziggo NV (Każ COMP/M.7000 – Libety Global/Ziggo) (ĠU 2015, C 145, p. 7).
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7241 final li tiddikkjara kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni li tikkonċerna l-akkwist minn Liberty Global plc tal-kontroll esklużiv ta’ Ziggo NV (Każ COMP/M.7000 – Libety Global/Ziggo) hija annullata. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |