15.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2017 – J & Joy vs EUIPO – Joy-Sportswear (J&JOY)

(Kawża T-389/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea J&JOY - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti joy SPORTSWEAR - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Trade mark kumplessa - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 151/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: J & Joy SA (Waremme, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Maqua, C. Pirenne u C. Smits, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Joy-Sportswear GmbH (Ottensoos, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kiphuth, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ April 2015 (Każ R 1355/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Joy-Sportswear u J & Joy.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

J & Joy SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.