14.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 419/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2016 – Alpex Pharma vs EUIPO – Astex Pharmaceuticals (ASTEX)
(Kawża T-355/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ASTEX - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti ALPEX - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE)Nru 207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 419/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alpex Pharma SA (Mezzovico-Vira, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: C. Bacchini, M. Mazzitelli u E. Rondinelli, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Astex Pharmaceuticals, Inc. (Plesanton, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ April 2015 (Każ R 593/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Alpex Pharma u Astex Pharmaceuticals.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Alpex Pharma SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |