16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2016 – Alsteens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-328/15 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Tiġdid tal-kuntratt - Limitazzjoni tat-tul tat-tiġdid tal-kuntratt - Drittijiet tad-difiża”))

(2017/C 014/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Geoffroy Alsteens (Marcinelle, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall, G. Berscheid u T. Bohr, sussegwentement G. Berscheid u T. Bohr, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-21 ta’ April 2015, Alsteens vs Il-Kummissjoni (F-87/12 RENV, EU:F:2015:31), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-21 ta’ April 2015, Alsteens vs Il-Kummissjoni (F-87/12 RENV, EU:F:2015:31), hija annullata peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad l-ewwel u t-tielet motiv għall-annullament invokati fl-ewwel istanza kif ukoll it-talba għal danni.

2)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà invokata mill-Kummissjoni quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku hija miċħuda.

3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Novembru 2011 hija annullata, sa fejn din tillimita ż-żmien tal-estensjoni tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ Geoffroy Alsteens għall-31 ta’ Marzu 2012.

4)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem awla tal-Qorti Ġenerali differenti minn dik li ddeċidiet dan l-appell sabiex tiddeċiedi fuq it-talbiet għad-danni ta’ G. Alsteens.

5)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.