5.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-314/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur impriża li kkonkludiet kuntratt ta’ konċessjoni għall-operazzjoni ta’ terminali ta’ kontejners fil-port ta’ Pireus - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Għajnuna intiża li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi - Effett tal-għajnuna bħala inċentiv - Neċessità tal-għajnuna - Determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna”))

(2018/C 042/16)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Boskovits u L. Kotroni, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deiċżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1827 tat-23 ta’ Marzu 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA 28876 (12/C) (ex CP 202/09) implimentata mill-Greċja għal Piraeus Container Terminal S.A. u Cosco Pacific Limited (ĠU 2015, L 269, p. 93).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.