Kawżi magħquda T-306/15 u T-484/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2018 – KV vs EACEA (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-programm ta’ azzjoni għall-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja (2007-2013) — Proġetti NEST u ‘This is IT’ — Spejjeż mhux eliġibbli — Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikorsi”)
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2018 – KV vs EACEA
(Kawżi magħquda T-306/15 u T-484/15) ( 1 )
“(“Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-programm ta’ azzjoni għall-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja (2007-2013) — Proġetti NEST u ‘This is IT’ — Spejjeż mhux eliġibbli — Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikorsi”)”
2018/C 276/63Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: KV (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentanti: inizjalment H. Monet u D. Homann, sussegwentement H. Monet, aġenti)
Suġġett
Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiżi sabiex jiġi kkonstatat li, billi ddikjarat mhux eliġibbli ċerti spejjeż tal-persunal sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proġetti “Network of Staff and Teachers in childcare services” (NEST) u “Facilitating and fostering digital competence through volunteers – This is IT” (This is IT), l-EACEA ma interpretatx b’mod korrett u lanqas ma applikat b’mod korrett id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirrigwardaw lil dawn il-proġetti.
Dispożittiv
|
1) |
Il-Kawżi T-306/15 u T-484/15 huma magħquda għall-finijiet tad-deċiżjoni li ttemm l-istanza. |
|
2) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
|
3) |
KV hija kkundannata għall-ispejjeż. |
( 1 ) ĠU C 279, 24.8.2015.