3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 – Barqawi vs Il-Kunsill

(Kawża T-303/15) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2017/C 213/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ahmad Barqawi (Dubai, l-Emirati Arab Magħquda) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Étienne u N. Rouam, sussegwentement minn G. Étienne u S. Kyriakopoulou, u finalment minn S. Kyriakopoulou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża sabiex tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015, L 64, p. 41), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375, tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent (ĠU 2015, L 64, p. 10), sa fejn l-isem tar-rikorrent ġie inkluż fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375, tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Ahmad Barqawi.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Ahmad Barqawi.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.