10.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2018 – Nova vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-299/15) (1)

((“Klawżola ta' arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-proġett pilota intiż sabiex jinħoloq netwerk ta’ kuntatti u ta’ diskussjonijiet bejn muniċipalitajiet dwar l-esperjenzi u l-aħjar prattiki fil-qasam tar-risistemazzjoni u tal-integrazzjoni tar-refuġjati - Assenza ta’ evalwazzjoni oġġettiva tar-riżultati tal-proġett - Proporzjonalità - Rimbors tas-somom imħallsa - Miżuri istruttorji - Kontrotalba”))

(2018/C 445/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nova Onlus Consorzio nazionale di cooperative sociali – Soc. coop. (Trani, l-Italja) (rappreżentanti: M. Astolfi u M. Petrucci, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Di Paolo u L. Cappelletti, sussegwentement L. Di Paolo u fl-aħħar nett O. Verheecke u F. Moro, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba ibbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, essenzjalment, sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma hijiex iġġustifikata li titlob mir-rikorrenti is-somma ta’ EUR 80 242,78 skont il-ftehim ta’ sussidju HOME/2011/PPRS/AG/2176 u sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 52 146,36 flimkien mal-interessi moratorji u, min-naħa l-oħra, kontrotalba tal-Kummissjoni intiża sabiex ir-rikorrenti tiġi kkundannata tirrimborsa s-somma ta’ EUR 80 242,78 flimkien mal-interessi moratorji b’eżekuzzjoni tal-imsemmi ftehim ta’ sussidju.

Dispożittiv

1)

Il-Kummissjoni Ewropea ma hijiex iġġustifikata, skont il-ftehim ta’ sussidju bir-referenza HOME/2011/PPRS/AG/2176, li titlob minn Nova Onlus Consorzio nazionale di cooperative sociali – Soc. coop. 15 % tal-ispejjeż marbuta mas-sit internet tal-proġett Transnational Observatory for Refugee’s Resettlement in Europe, jiġifieri EUR 3 002,45.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Nova Onlus Consorzio nazionale di cooperative sociali hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni, skont l-imsemmi ftehim, is-somma ta’ EUR 77 240,33, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ta’ 3,55 % mid-19 ta’ Mejju 2015 u sal-ħlas sħiħ ta’ dan l-ammont.

4)

Il-kumplament tal-kontrotalba huwa miċħud.

5)

Nova Onlus Consorzio nazionale di cooperative sociali għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

6)

Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 254, 3.8.2015.