30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Spirig Pharma vs EUIPO (Daylong)

(Kawża T-261/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Daylong - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 191/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Spirig Pharma AG (Egerkingen, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Melgar u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-24 ta’ Marzu 2015 (Każ R 2455/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Daylong bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Spirig Pharma AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.