8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat–8 ta’ Novembru 2017 – Klymenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-245/15) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fl-Ukrajna - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista - Obbligu ta’ motivazzjoni - Bażi legali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal proprjetà - Dritt għar-reputazzjoni - Proporzjonalità - Protezzjoni tad-drittijiet fundamentali ekwivalenti għal dik iggarantita fl-Unjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità”))

(2018/C 005/37)

Lingwa tal-kawża: l–Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Klymenko (Moska, ir–Russja) (rappreżentanti: inizjalment B. Kennelly, QC, J. Pobjoy, barrister, u R. Gherson, solicitor, sussegwentement B. Kennelly, J. Pobjoy, R. Gherson u T. Garner, solicitor, u fl-aħħar nett M. Phelippeau, avocat)

Konvenut: Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263TFUE u għall-annullament, l-ewwel nett, tal-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 25), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal-5 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 1), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 76), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 1), u t-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 34), u tar- Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent kien inżamm fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Oleksandr Viktorovych Klymenko huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 302, 14.9.2015.