11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2016 – Grupo Bimbo vs EUIPO (Forma ta’ virga b’erba’ ċrieki)

(Kawża T-240/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ virga b’erba’ ċrieki - Raġuni assoluta ta’ rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2016/C 251/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Muñiz Rodríguez u A. Schifko, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1602/2014-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ virga b’erba’ ċrieki bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grupo Bimbo, SAB de CV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 236, 20.7.2015.