8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – European Dynamics Luxembourg et vs ABE

(Kawża T-229/15) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ persunal temporanju għal servizzi tal-informatika - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2018/C 005/36)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) u European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: I. Ampazis, M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, sussegwentement minn M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, avukati)

Konvenuta: Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) (rappreżentanti: J. Overett Somnier, J. Mifsud u S. Giordano, aġenti, assistiti minn de H.-G. Kamann u A. Dritsa, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ABE, tat-2 ta’ Marzu 2015 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentati bi tweġiba għas-sejħa għal offerti ristretta EBA/2014/06/OPS/SER/RT, li tirrigwarda l-Lott Nru 1 imsejjaħ “Provvista ta’ persunal temporanju: persunal temporanju fil-qasam tal-informatika” u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u sabiex jinkiseb kumpens tad-dannu li r-rikorrenti kienu allegatament ġarrbu insegwitu għal din id-deċiżjoni minħabba t-telf ta’ possibbiltà li jkunu kklassifikati fl-ewwel post tal-kaskada fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt inkwistjoni, ta’ ammont ta’ EUR 3 000 000, flimkien mal-interessi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u European Dynamics Belgium SA huma kundananta għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015.