6.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Novartis vs EUIPO – Meda (Zymara)
(Kawża T-214/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Zymara - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti FEMARA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 374/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Meda AB (Solna, l-Isvezja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Frar 2015 (Każ R 550/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis u Meda.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |