|
15.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2017 – Deutsche Telekom AG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-210/15) (1)
([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni - Rifjut ta’ aċċess - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika - Interess pubbliku superjuri - Konsultazzjoni ta’ terzi - Trasparenza - Assenza ta’ tweġiba għal applikazzjoni konfermatorja fit-termini”])
(2017/C 151/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Telekom AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Rosenfeld u O. Corzilius, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Vondung u A. Buchet, sussegwentement minn F. Erlbacher, P. Van Nuffel u A. Dawes, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 2015 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti relatati mal-proċedura għal abbuż minn pożizzjoni dominanti bir-referenza COMP/AT.40089 – Deutsche Telekom.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Deutsche Telekom AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |