24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill

(Kawża T-207/15) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar tal-fondi - Awtorità ta’ res judicata - Dritt għal rimedju effettiv - Żball ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità”))

(2016/C 392/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: National Iranian Tanker Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: T. de la Mare, QC, M. Lester, J. Pobjoy, barristers, R. Chandrasekera, S. Ashley u C. Murphy, solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Rouam u M. Bishop, sussegwentement M. Bishop u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/236, tat-12 ta’ Frar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 39, p. 18) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/230, tat-12 ta’ Frar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 39, p. 3) safejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 277 TFUE u intiża għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u tal-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), safejn dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

National Iranian Tanker Company u il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.