|
3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/58 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2019 — Sopra Steria Group vs Il-Parlament
(Kawża T-182/15) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi tal-informatika lill-Parlament kif ukoll lill-istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni - Esklużjoni tal-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratt - Kunflitt ta’ interessi potenzjali - Ommissjoni ta’ provvista ta’ informazzjoni meħtieġa mill-awtorità kontraenti - Artikolu 107(1)(b) tar-regolament finanzjarju - Trasparenza - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 102(1) tar-regolament finanzjarju”)
(2019/C 187/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sopra Steria Group SA (Annecy-le-Vieux, Franza) (rappreżentanti: A. Verlinden, R. Martens u J. Joossen, avukati)
Konvenut: Il-Parlement Ewropew (rappreżentanti: B. Simon u L. Tapper Brandberg, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: CGI Luxembourg SA (Bertrange, il-Lussemburgu) u Intrasoft International SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament, meħudin fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PE/ITEC-ITS14 dwar il-provvista ta’ servizzi tal-informatika fil-Parlament kif ukoll f’istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni Ewropea, li jirrifjutaw l-offerti tal-konsorzji IBI IUS u STEEL, li kienet tagħmel parti minnhom ir-rikorrenti, għal-Lottijiet Nri 2 u 3.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Sopra Steria Group SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew. |
|
3) |
CGI Luxembourg SA u Intrasoft International SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |