16.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – Gramberg vs EUIPO – Mahdavi Sabet (Għata għal telefon ċellulari)
(Kawża T-166/15) (1)
((“Disinn Komunitarju - Proċediment għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta għata għal telefon ċellulari - Żvelar tad-disinn - Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”))
(2018/C 134/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Claus Gramberg (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Kettler, sussegwentement F. Klopmeier u G. Becker, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sorouch Mahdavi Sabet (Pariġi, Franza)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Jannar 2015 (Każ R 460/2013-3), dwar talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn C. Gramberg u S. Mahdavi Sabet.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Jannar 2015 (Każ R 460/2013-3) hija annullata. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess u dawk sostnuti minn Claus Gramberg, inkluż l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċediment quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO. |