24.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2016 – Puma vs EUIPO – Gemma Group (Disinn ta’ felin jaqbeż)
(Kawża T-159/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta felin jaqbeż - Trade marks figurattivi internazzjonali preċedenti li jirrappreżentaw felin jaqbeż - Raġuni relattiva għal rifjut - Amministrazzjoni tajba - Prova tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 392/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Bullock, sussegwentement D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Gemma Group Srl (Cerasolo Ausa, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1207/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Puma u Gemma Group.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għall-Proprjetà Intellettwali (EUIPO) tad-19 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1207/2014-5) hija annullata. |
2) |
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk ta’ Puma SE. |