12.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2016 – Kaddour vs Il-Kunsill

(Kawża T-155/15) (1)

([“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Annullament tal-atti preċedenti minn sentenza tal-Qorti Ġenerali - Atti ġodda li jinkludu l-isem tar-rikorrent fil-listi - Rikors għal annullament - Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura - Kontenut tar-rikors - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Oneru tal-prova - Dritt għall-proprjetà - Libertà ta’ intrapriża”])

(2016/C 462/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Khaled Kaddour (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Boesch, D. Amaudruz, M. Ponsard, avukati, V. Davies, solicitor, u T. Eicke, QC, sussegwentement minn V. Davies, T. Eicke u V. Wilkinson, solicitor).)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u S. Kyriakopoulou, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 273 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2015/117/PESK, tas-26 ta’ Jannar 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015, L 20, p. 85) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2015/108, tas-26 ta’ Jannar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2015, L 20, p. 2), sa fejn l-isem tar-rikorrent ġie inkluż fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Khaled Kaddour huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza u waqt il-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 190, 8.6.2015.