5.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 454/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2016 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-141/15) (1)

((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Protezzjoni tal-vinji - Infiq magħmul mir-Repubblika Ċeka - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi”))

(2016/C 454/42)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Očková, J. Vláčil u L. Březinová, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u P. Ondrůšek, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103, tas-16 ta’ Jannar 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 16, p. 33), fil-parti tagħha li teskludi l-infiq previst mir-Repubblika Ċeka taħt il-FAEG favur miżura speċifika ta’ protezzjoni tal-vinji għas-snin 2010 sa 2012 u li jwassal għal ammont totali ta’ EUR 2 123 199,04.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 213, 29.6.2015.