13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2017 – Aanbestedingskalender et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-138/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri ta’ finanzjament mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi għall-ħolqien u għall-introduzzjoni tal-pjattaforma TenderNed dwar l-għoti elettroniku ta’ kuntratti pubbliċi - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Servizzi ta’ interess ġenerali mhux ekonomiċi”))

(2017/C 382/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aanbestedingskalender BV (Ede, il-Pajjiżi l-Baxxi); Negometrix BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); CTM Solution BV (Breukelen, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stillpoint Applications BV (Amsterdam), Huisinga Beheer BV (Amsterdam) (rappreżentanti: C. Dekker u L. Fiorilli, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u K. Herrmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, B. Koopman u M. Noort, aġenti) u r-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9548 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34646 (2014/NN) (ex 2012/CP) – Pjattaforma E-procurement TenderNed fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aanbestedingskalender BV, Negometrix BV, CTM Solution BV, Stillpoint Applications BV u Huisinga Beheer BV huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 198, 15.6.2015.