12.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2016 – Unicorn vs EUIPO – Mercilink Equipment Leasing (UNICORN)

(Kawża T-125/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva UNICORN - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti UNICORN u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta ras ta’ unikorn - Raġuni relattiva għal rifjut - Reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 462/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unicorn a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: L. Lorenc, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mercilink Equipment Leasing Ltd (Limassol, Ċipru)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Jannar 2015 (Każ R 150/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Unicorn u Mercilink Equipment Leasing.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Unicorn a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 26.5.2015.