9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Binca Seafoods vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-94/15 RENV) (1)

(“Produzzjoni u tikkettar ta’ prodotti organiċi - Regolament (KE) Nru 834/2007 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 - Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 1358/2014 - Projbizzjoni tal-ormoni” - Nuqqas ta’ estensjoni tal-perijodu tranżitorju għall-annimali tal-akkwakultura previst fl-Artikolu 95(11) tar-Regolament Nru 889/2008 - Modi ta’ riproduzzjoni - Awtorizzazzjoni eċċezzjonali ta’ ġbir ta’ ħut żgħir selvaġġ għall-finijiet tat-tkabbir - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2019/C 305/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Binca Seafoods GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis, G. von Rintelen u K. Walkerová, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014, tat-18 ta’ Diċembru 2014, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 fir-rigward tal-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura organika, il-prattiki tat-trobbija tal-akkwakultura, l-għalf għall-annimali tal-akkwakultura organika u l-prodotti u s-sustanzi permessi għall-użu fl-akkwakultura organika (ĠU 2014, L 365, p. 97).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Binca Seafoods GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU C 155, 11.5.2015.