31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – AEDEC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-91/15) (1)

((“Riċerka u żvilupp teknoloġiku - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ‘Horizon 2020’ - Sejħa għal proposti fir-rigward tal-programmi ta’ ħidma 2014-2015 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara mhux eliġibbli l-proposta ppreżentata mir-rikorrenti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Proporzjonalità - Trasparenza - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2016/C 402/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asociación Española para el Desarrollo de la Epidemiología Clínica (AEDEC) (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. López López, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Ruiz García u M. Siekierzyńska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Settembru 2014 li fiha l-Kummissjoni ċaħdet it-talba għal finanzjament imressqa mir-rikorrenti f’isem il-konsorzju Latin Plan.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Asociación Española para el Desarrollo de la Epidemiología Clínica (AEDEC) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 127, 20.4.2015.