2.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Marzu 2016 – Schoeller Corporation vs UASI – Sqope (SCOPE)

(Kawża T-90/15) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali SCOPE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 156/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schoeller Corporation GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. van Ackeren, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sqope SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M.-C. Simon, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Novembru 2014 (Każ R 2381/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Sqope SA u Schoeller Corporation GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-21 ta’ Novembru 2014 (Każ R 2381/2013–1) hija annullata.

2)

L-UASI u Sqope SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk ta’ Schoeller Corporation GmbH.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.