30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2016 – Facchinello vs EUIPO – Olimpia Splendid (Synthesis)

(Kawża T-81/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Synthesis - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”])

(2016/C 191/35)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Danila Facchinello (Molinella, l-Italja) (rappreżentant: F. Torlontano, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Capostagno u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Olimpia Splendid SpA (Gualtieri, l-Italja) (rappreżentanti: A. Ferrarese u G. Ferrarese, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2014 (Każ R 2169/2013-1), dwar proċedura ta’ revoka bejn Olimpia Splendid SpA u Danila Facchinello.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Danila Facchinello hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.