|
24.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Trajektna luka Split vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-57/15) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Servizzi tal-port - Għajnuna preżunta favur l-operatur tal-laneċ Jadrolinija - Iffissar mill-awtoritajiet Kroati tat-tariffi għas-servizzi tal-port fil-port ta’ Split f’dak li jirrigwarda t-traffiku intern għal livell allegatament inqas minn dak tat-tariffi li hemm kif fil-portijiet l-oħra tal-Kroazja kif ukoll għat-traffiku internazzjonali - Operatur privat detentur ta’ konċessjoni allegatament esklużiva sabiex jopera t-terminal tal-passiġġieri fil-port ta’ Split - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ għajnuna - Riżorsi tal-Istat”))
(2016/C 392/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Trajektna luka Split d.d. (Split, il-Kroazja) (rappreżentanti: M. Bauer, H. J. Freund u S. Hankiewicz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u P. J. Loewenthal, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 285 finali, tal-15 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.37265 (2014/NN) –Kroazja – Għajnuna allegata favur Jadrolinija.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
|
2) |
Trajektna luka Split d.d. hija kkundannata għall-ispejjeż. |